16.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 184/47
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2014 – ZZ vs Il-Parlament
(Kawża F-37/14)
2014/C 184/79
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament li ma tawtorizzax it-trasferiment tas-16-il ġurnata ta’ leave li ma ttieħdux fl-2012, għas-sena 2013, wara li r-rikorrent kien bil-leave għal perijodu twil minħabba marda gravi.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni li tiċħad it-trasferiment tal-ġranet ta’ leave tar-rikorrent, lil hinn mil-limitu ta’ tnax-il ġurnata, tas-sena 2012 għas-sena 2013;
—
sa fejn hemm bżonn, jannulla d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew iddatata l-21 ta’ Jannar 2014, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent tal-4 ta’ Ottubru 2013;
—
jikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy