21.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 235/34
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Mejju 2014 – ZZ vs Il-Parlament Ewropew
(Kawża F-41/14)
2014/C 235/46
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: Christophe Bernard-Glanz, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Suġġett
Annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrenti għas-sena 2012 u tad-deċiżjoni li tagħtiha punt ta’ mertu għas-sena 2012.
Talbiet tar-rikorrenti
—
jannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni kontenzjuż, id-deċiżjoni fuq il-punti ta’ mertu u, sa fejn ikun meħtieġ, id-deċiżjoni fuq l-ilment;
—
jikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy