7.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 212/45
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Mejju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-42/14)
2014/C 212/58
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Blot, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent jiġi ssanzjonat billi jitniżżel bi tliet skali minħabba ksur tar-regoli antikumulu tal-allowances tal-familja nazzjonali u dawk li jirriżultaw mir-Regolamenti tal-Persunal.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-24 ta’ Ġunju 2013, li timponi fuq ir-rikorrent sanzjoni ta’ tniżżil bi tliet skali;
—
sa fejn meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni adottata mill-Awtorità tal-Ħatra fl-24 ta’ Jannar 2014 u nnotifikata lir-rikorrent fis-27 ta’ Jannar 2014, li tiċħad l-ilment ta’ dan tal-aħħar;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy