7.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 212/46
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2014 – ZZ vs Il-Kunsill
(Kawża F-44/14)
2014/C 212/59
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: M. Velardo, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill li ma tiġix promossa r-rikorrenti fil-grad AD 13 u, min-naħa l-oħra, l-għoti tad-danni bħala kumpens għad-dannu morali allegatament imġarrab.
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni li hija ma tiġix promossa fil-grad AD 13 kif jirriżulta mil-lista ppubblikata fis-26 ta’ Settembru 2013 kif ukoll ir-risposta tal-Awtorità tal-Ħatra għall-ilment tas-7 ta’ Frar 2014;
—
tagħti l-ammont ta’ EUR 10 000 minħabba d-dannu morali mġarrab;
—
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tar-rikorrenti f’din il-proċedura.
Full & Egal Universal Law Academy