7.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 212/47
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Mejju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-46/14)
2014/C 212/61
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: J-N. Louis, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni li tapplika d-DĠI l-ġodda relatati mal-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.
Talbiet tar-rikorrenti
—
jannulla d-deċiżjoni tat-8 ta’ Novembru 2013 dwar il-kalkolu tal-akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul tar-rikorrent fis-servizz tal-Kummissjoni;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy