21.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 235/35
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-48/14)
2014/C 235/47
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: R. Duta, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-14 ta’ Frar 2014 li permezz tagħha l-bord tal-għażla kkostitwit fil-proċedura ta’ selezzjoni UE Karrieri EPSO/AD/177/10-AUDIT2013-Amministraturi-AD5 ikkonferma, wara eżami mill-ġdid, id-deċiżjoni inizjali tal-bord tal-għażla tat-3 ta’ Ottubru 2013 li ma tippermettix lir-rikorrent jgħaddi għall-fażi taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni tal-kompetizzjoni u, min-naħa l-oħra, sa fejn meħtieġ, tad-deċiżjoni inizjali tal-bord tal-għażla tat-3 ta’ Ottubru 2013
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjonijiet tal-bord tal-għażla tal-14 ta’ Frar 2014 u tat-3 ta’ Ottubru 2013 li skonthom il-kandidatura tiegħu fil-kompetizzjoni bir-referenza EPSO/AD/177/10-AUDIT2013-Amministraturi-AD5 ġiet miċħuda;
—
jordna kull obbligu legali fil-qasam;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas tal-ammont ta’ EUR 5 000, jew kwalunkwe ammont ieħor, anki ikbar, li għandu jiġi stabbilit mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ex aequo et bono, bħala kumpens għan-natura vessatorja tat-trattament tal-kandidatura tiegħu;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy