1.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 292/62
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2014 – ZZ et vs Il-Parlament
(Kawża F-49/14)
2014/C 292/80
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ et (rappreżentant: M. C. García-Hirschfeld, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li taħtar lill-evalwatur inizjali tar-rikorrenti għall-proċedura ta’ evalwazzjoni għas-sena 2013.
Talbiet tar-rikorrenti
—
l-annullament tad-deċiżjoni tal-4 ta’ Marzu 2014, ikkonfermata permezz ta’ ittra tat-8 ta’ April 2014, li fiha r-rikorrenti ġew informati bil-ħatra tas-Sur X bħala evalwatur inizjali;
—
kif meħtieġ, is-sospensjoni tal-proċedura tar-rapporti tal-evalwazjoni tal-2013;
—
is-sospensjoni immedjata tas-Sinjura X mill-funzjonijiet kollha tagħha;
—
tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy