3.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 388/28
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2014 – ZZ vs Il-Parlament
(Kawża F-54/14)
2014/C 388/33
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: André Bernard, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jinħatarx għall-pożizzjoni ta’ ġurikonsult tal-Parlament Ewropew.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni ta’ ħatra ta’ persuna oħra għall-pożizzjoni ta’ ġurikonsult.
—
jiffissa eventwalment ex aequo et bono d-danni sabiex ir-rikorrent jiġi kkumpensat għad-diversi nuqqasijiet amministrattivi kkonstatati;
—
jikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy