24.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 421/59
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-55/14)
2014/C 421/85
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi, A. Tymen, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ tiġdid tal-kuntratt tar-rikorrenti, li kellu jkun għal żmien indeterminat.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni tal-31 ta’ Ottubru 2013 li ma jingħatax it-tiġdid tal-kuntratt ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt, li kellu jkun għal żmien indeterminat.
—
jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità li għandha s-setgħa li tikkonkludi kuntratti tas-6 ta’ Marzu 2014 li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti tal-15 ta’ Novembru 2013, sa fejn isemmi elementi addizzjonali li ma humiex inklużi fid-deċiżjoni kkontestata tal-31 ta’ Ottubru 2013;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy