4.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 253/70
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ġunju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-56/14)
2014/C 253/99
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Annullament ta’ żewġ proposti ta’ kalkolu dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni li japplikaw id-DĠI l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-deċiżjonijiet tal-20 ta’ Settembru 2013, li jirrigwardaw żewġ proposti ta’ kalkolu ta’ snin ta’ servizz li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-Iskema tal-Pensjoni tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li jikkonċernaw it-talba Nru 1 A112-BE-ONP u t-talba Nru. 2 BE-CPIE-1 (ir-referenza ta’ qabel) ikkonfermati permezz tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-Awtorità tal-Ħatra kkomunikata fl-20 ta’ Marzu 2014;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy