24.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 421/60
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-57/14)
2014/C 421/86
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: L. Massaux, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni li tiġi imposta sanzjoni dixxiplinari li tikkonsisti fi twissija lir-rikorrent, fi tmiem ta’ investigazzjoni dixxiplinari u l-għoti ta’ danni.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tad-19 ta’ Marzu 2014 innotifikata fl-20 ta’ Marzu 2014 u sa fejn meħtieġ, id-deċiżjoni tas-6 ta’ Settembru 2013 adottata mid-DĠ Riżorsi Umani u Sigurtà;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni tħallsu s-somma evalwata ex aequo et bono għal EUR 5 000;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy