1.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 292/63
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ġunju 2014 – ZZ vs EMA
(Kawża F-58/14)
2014/C 292/82
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: S. Rodrigues, avukat)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-EMA li ma ġġeddidx il-kuntratt bħala membru tal-persunal temporanju tar-rikorrent u kumpens għall-allegat dannu subit.
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-deċiżjoni tal-EMA, tat-12 ta’ Settembru 2013, li ma ġġeddidx il-kuntratt bħala membru tal-persunal temporanju tar-rikorrent;
—
flimkien ma’, u sa fejn neċessarju, id-deċiżjoni tal-EMA, tat-13 ta’ Marzu 2014, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent tad-19 ta’ Novembru 2013 kontra din id-deċiżjoni;
—
tikkumpensa d-dannu materjali subit mir-rikorrent;
—
tikkumpensa d-dannu morali subit mir-rikorrent, stmat għal EUR 20 000;
—
tikkundanna lill-EMA tħallas l-ispejjeż kollha subiti mir-rikorrent fir-rigward ta’ dan ir-rikors.
Full & Egal Universal Law Academy