24.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 421/61
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-61/14)
2014/C 421/88
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: A. Salerno, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrenti ma tingħatax promozzjoni għall-grad ta’ AD 13 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2013.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni li r-rikorrenti ma tingħatax promozzjoni għall-grad ta’ AD 13 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2013;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy