3.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 388/29
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-72/14)
2014/C 388/36
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: L. Ortiz Blanco u A. Givaja Sanz, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla li r-rikorrenti ma tiġix ammessa għall-kompetizzjoni interna COM/3/AD9/13 minħabba li hija ma kinitx “membru tal-persunal temporanju tal-Kummissjoni” li hija kundizzjoni ta’ eliġibbiltà.
Talbiet tar-rikorrenti
—
jannulla d-deċiżjoni tat-18 ta’ Settembru 2013, ikkonfermata fit-22 ta’ Ottubru 2013, li r-rikorrenti ma tiġix ammessa għall-kompetizzjoni COM/3/AD9/13;
—
jannulla, sa fejn hemm bżonn, id-deċiżjoni ta’ ċaħda, tal-11 ta’ April 2014 u kkomunikata lir-rikorrenti fl-14 ta’ April 2014, tal-ilment tas-17 ta’ Diċembru 2013;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy