27.10.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 380/27
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Lulju 2014 – ZZ vs Europol
(Kawża F-73/14)
2014/C 380/36
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M. Velardo, avukat)
Konvenut: Europol
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni li l-kuntratt tar-rikorrent ma jiġġeddidtx u li jingħata kumpens għad-dannu morali u materjali allegatament subit.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tat-talba abbażi tal-Artikolu 90(1) intiża sabiex jinkiseb it-tiġdid tal-kuntratt bħala membru tal-persunal temporanju AD7, introdotta fis-6 ta’ Diċembru 2013, kif ukoll it-tweġiba għall-ilment tad-Direttur ta’ Europol tal-14 ta’ April 2014.
—
jikkundanna lill-konvenut għall-pagament ta’ ammont ta’ EUR 1 5 45 124, bħala kumpens għad-dannu materjali subit;
—
jikkundanna lill-konvenut għall-pagament ta’ ammont ta’ EUR 40 000, bħala kumpens għad-dannu morali subit;
—
jikkundanna lil Europol għall-ispejjeż tal-kawża.
Full & Egal Universal Law Academy