3.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 388/31
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2014 – ZZ et vs SEAE
(Kawża F-78/14)
2014/C 388/39
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ et (rappreżentanti: D. de Abreu Caldas, M. de Abreu Caldas u J-N. Louis, avukati)
Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjonijiet li r-rikorrenti ma jiġux promossi fil-grad suċċessiv fil-proċedura ta’ promozzjoni 2013 tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tanulla d-deċiżjonijiet tad-9 u tal-14 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxu l-lista ta’ uffiċjali promossi skont il-proċedura ta’ promozzjoni 2013,
—
tikkundanna lil SEAE għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy