3.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 388/32
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Awwissu 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża F-82/14)
2014/C 388/42
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M. Cornacchia, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni ta’ esklużjoni tar-rikorrent mill-kompetizzjoni EPSO/AST/126/2012 minħabba l-fatt li dan ma infurmax lill-Kumitat tal-Għażla li kien jiġi minn wieħed mill-membri tal-Bord tal-Għażla.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni tal-15 ta’ Mejju 2014 li permezz tagħha l-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AST/126/12, b’ittra tal-EPSO b’risposta għat-talba għal eżami mill-ġdid tal-31 ta’ Jannar 2014 imressqa mir-rikorrent, kienet tikkonferma l-esklużjoni tar-rikorrent mill-kompetizzjoni EPSO/AST/126/2012;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ħlas ta’ kumpens għad-dannu morali subit mir-rikorrent bid-deċiżjoni msemmija fl-inċiż ta’ hawn fuq, valutat ex aequo et bono għal EUR 3 000;
—
jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy