3.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 388/33
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Settembru 2014 – ZZ et vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża F-86/14)
2014/C 388/43
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ et (rappreżentant: O. Mader, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Annullament tad-deċiżjonijiet li jnaqqsu n-numru totali ta’ ġranet ta’ leave annwali u dikjarazzjoni tal-inapplikabbiltà tal-Artikolu 6 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal kif emendat bl-Artikolu 1, punt 70 tar-Regolament Nru 1023/2013, applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2014.
Talbiet tar-rikorrenti
—
jannulla d-deċiżjonijiet indirizzati lir-rikorrenti permezz ta’ Sysper2 dwar l-intitolament għal-leave annwali bażiku l-ġdid tagħhom;
—
jiddikjara inapplikabbli l-Artikolu 1, punt 70(a) tar-Regolament (EU, Euratom) Nru 1023/2013 li jemenda l-Artikolu 6 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal (“Disposizzjonijiet speċjali u eċċezzjonali applikabbli għall-uffiċjali li jservu f’pajjiż terz”) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 9051 finali, tas-16 ta’ Diċembru 2013, sa fejn dawn inaqqsu l-intitolament għan-numru ta’ ġranet ta’ leave annwali tar-rikorrenti.
—
jannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Mejju 2014 (R/123/14) li tiċħad l-ilmenti tar-rikorrenti, sa fejn din tikkonċerna l-leave annwali.
—
jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy