1.12.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 431/49
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Settembru 2014 – ZZ vs Il-Kunsill
(Kawża F-87/14)
(2014/C 431/78)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: M. Velardo, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rimbors tal-ispejjeż ta’ kura medika fi sptar tar-rikorrenti u l-kundanna tal-Kunsill, minn naħa, għall-ħlas tal-interessi moratorji kumpensatorji, u, min-naħa l-oħra, għall-ħlas ta’ kumpens għad-danni morali allegatament subiti.
Talbiet tar-rikorrenti
—
jannulla parzjalment id-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju responsabbli għall-ħlasijiet ta’ Brussell, hekk kif jirriżultaw mill-kont dettaljat Nru 55 tas-27 ta’ Settembru 2013, dwar it-talba tat-12 ta’ Lulju 2012 għar-rimbors tal-ispejjeż ta’ kura medika fi sptar tar-rikorrenti;
—
jiddikjara nulli l-ittri tad-19 ta’ Novembru 2013 tal-Kap tal-Uffiċċju responsabbli għall-ħlasijiet li jirrigwardaw ir-riżultat mhux favorevoli ta’ allegata talba għal awtorizzazzjoni bil-quddiem tat-12 ta’ Lulju 2012, jew sussidjarjament, jannullhom;
—
jannulla, sa fejn hemm bżonn, id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tat-22 ta’ Mejju 2014 li tiċħad l-ilmenti mressqa mir-rikorrenti fis-27 ta’ Diċembru 2013 u fit-18 ta’ Frar 2014;
—
jikkundanna lill-Kunsill għall-ħlas tal-interessi moratorji u kumpensatorji mid-data li fiha kienu dovuti s-somom mitluba, kif ukoll għall-kumpens għad-danni morali subiti mir-rikorrenti;
—
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy