15.12.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 448/39
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Settembru 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża F-90/14)
(2014/C 448/49)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: Hans-Robert Ilting, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Ir-rikorrent jitlob, l-ewwel nett, l-annullament tad-deċiżjoni li ma jingħatax l-allowance għall-ulied dipendenti b’effett mill-1 ta’ Settembru 2013 minħabba li l-wild tiegħu ma għadux isegwi “taħriġ edukazzjonali jew vokazzjonali” fis-sens tal-Artikolu 2 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal u, it-tieni nett, li l-persuna li timpjegah tiġi ordnata tkompli tagħtih din l-allowance u tagħmel tajjeb għall-ispejjeż mediċi kollha sostnuti għat-tifla tiegħu retroattivament mill-1 ta’ Settembru 2013.
Talbiet
—
jannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta, Numru tal-Fajl HR.D.2/AS/ac/Ares(2014), tal-5 ta’ Ġunju 2014, dwar l-ilment tiegħu rreġistrat fit-12 ta’ Frar 2014 fl-HR.D.2 “Unità rimedji u segwitu ta’ każijiet” taħt in-Numru tal-Fajl R/227/14,
—
jordna lill-Awtorità tal-Ħatra tirrikonoxxi lit-tifla tiegħu b’mod mhux interrott u retroattiv mill-1 ta’ Settembru 2013 bħala wild dipendenti li tirċievi taħriġ edukazzjonali u għal din ir-raġuni tirrikonoxxi, fir-rigward tat-tifla tiegħu b’mod mhux interrott u retroattiv mill-1 ta’ Settembru 2013, li għandha tkompli tħallas l-allowance għall-ulied dipendenti u tagħmel tajjeb għall-ispejjeż mediċi tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy