15.12.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 448/40
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Settembru 2014 – ZZ vs Il-Parlament Ewropew
(Kawża F-92/14)
(2014/C 448/50)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: Günther Maximini, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Talba, l-ewwel nett, għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-Parlament Ewropew, li permezz tagħha dan tal-aħħar irrifjuta li jikkumpensa d-dannu li ġarrab ir-rikorrent minħabba l-ksur tad-drittijiet personali tiegħu u tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 45/2001 fil-kuntest tal-ipproċessar tal-kawża preċedenti tiegħu u, it-tieni nett, għall-kumpens ta’ danni morali flimkien ma’ interessi moratorji minħabba l-allegat dannu morali mġarrab.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni tal-konvenut tal-5 ta’ Marzu 2014 li permezz tagħha ġiet miċħuda t-talba għad-danni tar-rikorrent tas-16 ta’ Diċembru 2013, u d-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tal-ilment tar-rikorrent ppreżentat fl-24 ta’ Marzu 2014 kontra l-ewwel deċiżjoni, kif ukoll, sussidjarjament, id-deċiżjoni espliċita ta’ ċaħda adottata a posteriori, fid-29 ta’ Lulju 2014, minn emittent mhux identifikat;
—
jikkundanna lill-konvenut iħallas lir-rikorrent EUR 30 000 bħala kumpens għad-dannu morali u interessi moratorji li jammontaw għal ħames punti perċentwali flimkien mal-interessi bażiċi, mis-somma ta’ EUR 25 000 b’effett mill-1 ta’ Frar 2014 u mis-somma ta’ EUR 5 000 b’effett mill-1 ta’ Mejju 2014;
—
jikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri, inkluż dawk tal-proċedura prekontenzjuża, u għall-ispejjeż neċessarji kollha sostnuti mir-rikorrent.
Full & Egal Universal Law Academy