12.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 7/48
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Settembru 2014 – ZZ vs UASI
(Kawża F-93/14)
(2015/C 007/56)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenut: UASI
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni tal-UASI, ibbażata fuq il-motivi tad-deċiżjoni tal-President ta’ dan l-Uffiċju, tad-29 ta’ Marzu 2012, dwar it-teleworking, li r-rikorrenti ma tiġix awtorizzata taħdem b’teleworking f’Barcelona, u għaldaqstant, li tobbligaha li tirritorna lejn Alicante.
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri.
Full & Egal Universal Law Academy