12.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 7/49
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembtu 2014 – ZZ u ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-96/14)
(2015/C 007/58)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ u ZZ (rappreżentanti: J. Lombaert u A. Surny, avukati)
Konvenuta: il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deksrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni li tirrevedi retroattivament il-pensjonijiet tas-superstiti mogħtija lir-rikorrenti u li tordna l-irkupru tas-somom eċċessivi li tħallsu indebitament.
Talbiet tar-rikorrenti
—
jannulla d-deċiżjoni tal-PMO tat-22 ta’ Novembru 2013;
—
jiddeċiedi li s-somma indebitament allokata lir-rikorrenti ma tistax tkun suġġetta għal irkupru;
—
jiddeċiedi li d-deċiżjoni kkontestata, tidħol fis-seħħ biss mill-ewwel jum tax-xahar ta’ wara, jiġifieri l-1 ta’ Diċembru 2013 rigward l-emenda tal-ammont ta’ pensjonijiet tas-superstiti u tal-orfni mogħtija lir-rikorrenti.
Full & Egal Universal Law Academy