12.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 7/50
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2014 – ZZ vs EMA
(Kawża F-97/14)
(2015/C 007/59)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-EMA li tikkonferma d-deċiżjoni preċedenti, annullata permezz ta’ sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, li ma jiġġeddidx il-kuntratt tar-rikorrent.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni meħuda sabiex tiġi eżegwita s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, tas-26 ta’ Ġunju 2013, fil-Kawżi magħquda F-135/11, F-51/12 u F-110/12;
—
jikkundanna lill-EMA tħallas EUR 1 50 000 lir-rikorrent bħala kumpens għad-dannu morali mġarrab;
—
jikkundanna lill-EMA tħallas lir-rikorrent EUR 1 provviżorju bħala kumpens għad-dannu materjali kkawżat;
—
jikkundanna lill-EMA għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy