15.12.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 448/41
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2014 – ZZ et vs Il-Kunsill
(Kawża F-100/14)
(2014/C 448/52)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiz
Partijiet
Rikorrenti: ZZ et (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Talba għal dikjarazzjoni ta’ inapplikabbiltà tal-Artikolu 7 tal-Anness V u tal-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, kif emendati bir-Regolament Nru 1023/2013 tal-Parlament u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2013, li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg u għall-annullament tad-deċiżjonijiet li jirtiraw il-benefiċċju ta’ rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar mill-post ta’ assenjazzjoni għall-post ta’ oriġini u l-leave għal raġuni ta’ distanza.
Talbiet tar-rikorrenti
—
jiddikjara illegali l-Artikolu 7 tal-Anness V u l-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal;
—
jannulla d-deċiżjoni li, b’effett mis-sena 2014; la jingħata iktar il-leave għal raġuni ta’ distanza u lanqas ir-rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali lir-rikorrenti;
—
jikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy