12.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 7/50
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ottubru 2014 – ZZ vs UASI
(Kawża F-101/14)
(2015/C 007/60)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: Heinrich Tettemborn, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI)
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni tal-konvenut li japplika l-klawżola inkluża fil-kuntratt ta’ reklutaġġ tar-rikorrenti, li tipprevedi r-rexissjoni tal-kuntratt ta’ reklutaġġ tal-imsemmija rikorrenti fil-każ li hija ma tiġix inkluża fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni ġenerali segwenti organizzata mill-EPSO għall-grupp ta’ funzjonijiet tagħha fis-settur speċjalizzat tal-proprjetà industrijali, għall-kompetizzjonijiet UASI/AD/01/13 u UASI/AST/02/13, u talba għad-danni morali u immaterjali sostnuti.
Talbiet tar-rikorrenti
—
jannulla d-deċiżjoni tal-UASI, innotifikata lir-rikorrenti b’ittra tat-28 ta’ Novembru 2003, li japplika l-klawżola inkluża fl-Artikolu 5 tal-kuntratt ta’ reklutaġġ tar-rikorrenti li tipprevedi r-rexissjoni tal-kuntratt ta’ reklutaġġ tar-rikorrenti fil-każ li hija ma tiġix inkluża fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni ġenerali segwenti organizzata mill-EPSO għall-grupp ta’ funzjonijiet tagħha fis-settur speċjalizzat tal-proprjetà industrijali, għall-kompetizzjonijiet ippubblikati fil-31 ta’ Ottubru 2013, UASI/AD/01/13 u UASI/AST/02/13,
—
jikkundanna lill-UASI jħallas kumpens lir-rikorrenti, b’ammont xieraq stabbilit fid-diskrezzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, għad-danni morali u immaterjali sostnuti minnha minħabba d-deċiżjoni msemmija fil-punt 1, u
—
jikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy