12.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 7/52
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ottubru 2014 – ZZ vs UASI
(Kawża F-103/14)
(2015/C 007/62)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: Heinrich Tettenborn)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenut li japplika, fil-konfront tal-kompetizzjonijiet OHIM/AD/01/13 u OHIM/AST/02/13, il-klawżola li tinsab fil-kuntratt ta’ xogħol tar-rikorrent li tipprevedi r-rexissjoni tal-kuntratt ta’ xogħol tiegħu fil-każ li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni ġenerali li jmiss organizzata minn EPSO għall-grupp ta’ funzjonijiet tiegħu fil-qasam speċjalizzat tal-proprjetà industrijali u talba għall-kumpens għad-dannu morali mġarrab.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni tal-UASI, innotifikata lir-rikorrent permezz ta’ ittra tat-28 ta’ Novembru 2003, li japplika, fil-konfront tal-kompetizzjonijiet OHIM/AD/01/13 u OHIM/AST/02/13 ippubblikati fil-31 ta’ Ottubru 2013, il-klawżola li tinsab fl-Artikolu 5 tal-kuntratt ta’ xogħol tar-rikorrent, li tipprevedi r-rexissjoni tal-kuntratt ta’ xogħol tiegħu fil-każ li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni ġenerali li jmiss organizzata minn EPSO għall-grupp ta’ funzjonijiet tiegħu fil-qasam speċjalizzat tal-proprjetà industrijali,
—
jikkundanna lill-UASI għall-ħlas ta’ kumpens xieraq iddeterminat mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għad-dannu morali kkawżat mid-deċiżjoni indikata fl-inċiż preċedenti, u
—
jikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy