26.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/46
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ottubru 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-110/14)
(2015/C 026/61)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni li d-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent jiġu akkreditati fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni skont id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni l-ġodda relatati mal-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.
Talbiet tar-rikorrent
—
jiddikjara li l-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII huwa illegali u, għaldaqstant, mhux applikabbli,
—
jannulla d-deċiżjoni tal-24 ta’ Mejju 2013 li d-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrent qabel id-dħul tiegħu fis-servizz jiġu akkreditati, fil-kuntest tat-trasferiment ta’ dawn tal-aħħar fl-iskema ta’ pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, skont id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011,
—
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy