12.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 7/54
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ottubru 2014 – ZZ et vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-111/14)
(2015/C 007/67)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ et (rappreżentanti: T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Il-konstatazzjoni tal-illegalità tal-Artikolu 45 u tal-Anness I tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll il-miżuri tranżitorji relatati magħhom u l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra dwar il-promozzjoni tat-tmien rikorrenti, li huma uffiċjali fil-grad AST 9, fil-kuntest tal-proċedura annwali ta’ promozzjoni 2014.
Talbiet tar-rikorrenti
—
Prinċipalment: tikkonstata l-illegalità tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Anness I, kif ukoll tal-miżuri tranżitorji marbuta magħhom;
—
tannulla d-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra, ta’ portata kemm ġenerali kif ukoll individwali, li titwaqqaf kull possibbiltà ta’ promozzjoni fir-rigward tar-rikorrenti, bħala uffiċjali fil-grad AST 9, fil-kuntest tal-proċedura annwali ta’ promozzjoni 2014;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż;
—
Sussidjarjament: tannulla d-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra, ta’ portata kemm ġeneral kif ukoll individwali, li titwaqqaf kull possibbiltà ta’ promozzjoni fir-rigward tar-rikorrenti, bħala uffiċjali fil-grad AST 9, fil-kuntest tal-proċedura annwali ta’ promozzjoni 2014;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy