26.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/47
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ottubru 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-116/14)
(2015/C 026/63)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: L.Y. Levi, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni tad-Direttur eżekuttiv tal-Awtorità Ewroprea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet li tirtira deċiżjoni preċedenti li taħtar lir-rikorrenti bħala membru tal-persunal temporanju fil-grad AD8 u talba għad-danni fir-rigward tad-dannu materjali u morali allegatament imġarrab.
Talbiet tar-rikorrenti
—
jannulla d-deċiżjoni tad-Direttur eżekuttiv tal-Awtorità Ewroprea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet (iktar ’il quddiem l-“Awtorità”) tal-24 ta’ Frar 2014 li tirtira deċiżjoni preċedenti tas-7 ta’ Novembru 2013 li taħtar b’mod provviżorju u b’effett mis-16 ta’ Settembru 2013 lir-rikorrenti bħala membru tal-persunal temporanju fil-grad AD8 wara l-proċedura ta’ reklutaġġ miftuħa permezz tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti 1327TAAD08;
—
jannulla d-deċiżjoni tal-24 ta’ Lulju 2014 li tiċħad l-ilment ippreżentat mir-rikorrenti fil-25 ta’ Marzu 2014;
—
jikkundanna lill-konvenuta tikkumpensa d-dannu materjali li jikkonsisti fid-differenza ta’ remunerazzjoni bejn ir-remunerazzjoni li rċeviet ir-rikorrenti fil-grad AD6 mis-16 ta’ Settembru 2013 u r-remunerazzjoni marbuta mal-grad AD8, miżjuda bl-interessi moratorji kkalkolati skont ir-rata tal-Bank Ċentrali Ewropew miżjuda b’2 punti;
—
sussidjarjament, jikkundanna lill-konvenuta tikkumpensa d-dannu materjali li jikkonsisti fid-differenza ta’ remunerazzjoni bejn ir-remunerazzjoni tal-grad AD6 u r-remunerazzjoni tal-grad AD8 bejn is-16 ta’ Settembru 2013 u l-24 ta’ Frar 2014, miżjuda bl-interessi moratorji kkalkolati skont ir-rata tal-Bank Ċentrali Ewropew miżjuda b’2 punti;
—
jikkundanna lill-konvenuta tikkumpensa d-dannu morali stmat ex aequo et bono bħala EUR 20 000;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy