12.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 7/56
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ottubru 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-117/14)
(2015/C 007/70)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: J.-N. Louis, R. Metz u D. Verbeke, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni
Suġġett
Annullament tad-deċiżjonijiet dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni li tapplika d-DĠI l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Marzu u tal-20 ta’ Mejju 2014 li jistabilixxu l-kalkolu tat-trasferiment tad-drittijiet tiegħu fil-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz tiegħu mal-Kummissjoni;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy