26.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/48
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ottubru 2014 – ZZ vs Il-Kunsill
(Kawża F-118/14)
(2015/C 026/64)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: C. Garcia-Hirschfeld)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni ta’ uffiċjali fi gradi AD 9 sa AD 14 li jokkupaw pożizzjonijiet identifikati bħala li jinkludu responsabbiltajiet speċifiċi fl-impjieg tip “kap ta’ diviżjoni jew ekwivalenti” jew “konsulent jew ekwivalenti” qabel il-31 ta’ Diċembru 2015 u ma jqiegħdux ir-rikorrent fost l-uffiċjali li jibbenefikaw minn din il-klassifikazzjoni.
Talbiet tar-rikorrent
—
Jannulla d-Deċiżjoni tal-AIPN Nru 6/14 tat-3 ta’ Jannar 2014 u d-deċiżjoni sussegwenti li taffettwa 34 uffiċjali tal-Kunsill fl-impjiet tip “Kap ta’ diviżjoni jew ekwivalenti”;
—
Jannulla, kif ikun meħtieġ, id-deċiżjoni tat-23 ta’ Lulju 2014 li tiċħad l-ilment;
—
Tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.
Full & Egal Universal Law Academy