12.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 7/57
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ottubru 2014 – ZZ vs Il-Parlament
(Kawża F-120/14)
(2015/C 007/72)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: A. Salerno, avukat)
Konvenut: Il-Parlament
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament li tiċħad it-talba tar-rikorrent li jbiddel il-post tal-oriġini tiegħu għal Larnaca (Ċipru) u ċ-ċentru tal-interessi tiegħu għal Singapor, minflok Montréal (il-Kanada), wara t-trasferiment tiegħu fil-Parlament Ewropew.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-Parlament tas-17 ta’ Diċembru 2013 li tirrifjuta li tissostitwixxi Montréal b’Singapor bħala ċ-ċentru tal-interessi tiegħu u li konsegwentement tistabbilixxi l-post ta’ oriġini tiegħu għal Larnaca, u għalhekk, sa fejn ikun il-każ, id-deċiżjoni tas-16 ta’ Lulju 2014 li tiċħad l-ilment li huwa kien ressaq kontra d-deċiżjoni kkontestata;
—
jikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy