12.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 7/59
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ottubru 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-124/14)
(2015/C 007/76)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: J.-N. Louis, R. Metz u D. Verbeke, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma żżidx is-salarju tar-rikorrent, li huwa membru tal-persunal bil-kuntratt, wara ż-żieda fis-sigħat ta’ xogħol għal 40 siegħa fil-ġimgħa bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tal-istatut il-ġdid fl-1 ta’ Jannar 2014.
Talbiet tar-rikorrent
—
Ir-rendikont tar-remunerazzjoni tar-rikorrent għax-xahar ta’ Jannar 2014 u r-rendikonti stabbiliti għax-xhur ta’ wara huma annullati sa fejn ma jipprevedux l-ammont fix-xahar supplimentari kkalkolat skont l-Artikoli 6 u 7 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal Nru 1287 tas-27 ta’ April 2005, b’teħid inkunsiderazzjoni taż-żieda fis-sigħat tax-xogħol;
—
jikkundanna lil Il-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy