12.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 7/61
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Novembru 2014 – ZZ vs SEAE
(Kawża F-129/14)
(2015/C 007/79)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: J.-N. Louis, R. Metz, D. Verbeke, avukati)
Konvenut: SEAE
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-SEAE li permezz tagħha r-rikorrent tneħħa mill-post, mingħajr tnaqqis tad-drittijiet tiegħu għall-pensjoni.
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-deċiżjoni tas-16 ta’ Jannar 2014 tal-SEAE li permezz tagħha neħħa mill-post lir-rikorrent, mingħajr ma naqqas id-drittijiet tiegħu għall-pensjoni;
—
tikkundanna lil SEAE għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy