2.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 34/53
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Novembru 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-134/14)
(2015/C 034/65)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Tymen, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li teskludi l-eżistenza ta’ preġudizzju li jirriżulta mit-terminu impost mill-Kummissjoni sabiex jiġi stabbilit l-oriġini professjonali tal-marda tar-rikorrenti u li tikkumpensaha biss fl-ammont ta’ EUR 2 000 għas-sitwazzjoni ta’ inċertezza fir-rigward tar-rikonoxximent tal-oriġini professjonali tal-marda tagħha, kif ukoll talba għall-kumpens għad-danni morali allegatament sostnuti.
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-8 ta’ Awwissu 2014, irċevuta mir-rikorrenti b’ittra rreġistrata tal-1 ta’ Ottubru 2014, li tiċħad l-ilment tagħha tal-24 ta’ April 2014;
—
sa fejn meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-3 ta’ Frar 2014, li laqgħet biss parzjalment it-talba għad-danni tar-rikorrenti tas-16 ta’ Ottubru 2013;
—
tordna l-kumpens għad-danni morali tar-rikorrenti evalwati, ex aequo et bono fl-ammont ta’ EUR 20 000;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.
Full & Egal Universal Law Academy