2.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 34/54
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Diċembru 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-136/14)
(2015/C 034/66)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: D. de Abreu Caldas, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni li tagħtih retroattivament l-allowance tal-espatrijazzjoni, sa fejn ir-retroattività hija limitata għall-1 ta’ Settembru 2013, peress li r-rikorrent isostni li l-Kummissjoni kellha tagħtih din l-allowance mir-reklutaġġ tiegħu mal-Kummissjoni fl-1 ta’ Lulju 1999.
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-deċiżjoni tal-PMO, tad-29 ta’ Jannar 2014, li huwa jingħata l-benefiċċju tal-allowance tal-espatrijazzjoni, previst fl-Artikolu 4 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, b’effett retroattiv għall-1 ta’ Settembru 2013, minflok għad-data tar-reklutaġġ tiegħu fl-1 ta’ Lulju 1999;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy