2.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 34/55
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-138/14)
(2015/C 034/68)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
L-annullament tad-deċiżjoni dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni, deċiżjoni li tapplika d-DĠI l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.
Talbiet tar-rikorrent
—
tiddikjara l-illegalità tal-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal;
—
tannulla d-deċiżjoni tas-17 ta’ Frar 2014 li jiġu kkalkolati s-snin tas-servizz tal-pensjoni rikonoxxuti fl-iskema ta’ pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea f’każ ta’ trasferiment tad-drittijiet tiegħu għall-pensjoni f’din l-iskema, b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy