16.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 89/46
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2014 – ZZ vs Il-Parlament
(Kawża F-139/14)
(2015/C 089/55)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: F. Moyse, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni li ma jiġix irrappurtat fuq is-sena 2013 il-ġranet tal-leave mhux meħudin fl-2012 mir-rikorrrenti minħabba leave tal-mard u t-talba għad-danni għad-danni fiżiċi u morali allegatament subiti.
Talbiet tar-rikorrenti
—
Jannulla d-deċiżjonijiet tat-12 ta’ Frar 2014 u tal-15 ta’ Settembru 2014, u,
—
jannulla, sa fejn meħtieġ, ir-rendikont tal-pensjoni ta’ April 2013;
—
jikkundanna l-Parlament li jikkumpensa d-dannu tar-rikorrenti evalwat għal EUR 26 677,56;
—
jikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy