9.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 81/30
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Diċembru 2014 – ZZ vs Eurojust
(Kawża F-142/14)
(2015/C 081/38)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: Ekkehard H. Schulze, avukat)
Konvenuta: Eurojust
Suġġett u deskrizzjoni tat-kawża
Annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix ammess għat-tieni fażi tal-proċedura ta’ għażla, fil-kuntest tal-kandidatura tiegħu għall-pożizzjoni ta’ konsulent għall-Uffiċċju tal-President ta’ Eurojust.
Talbiet tar-rikorrent
—
Jannulla d-deċiżjonijiet tat-8 ta’ Awwissu 2014 u tal-25 ta’ Settembru 2014;
—
jordna lill-konvenuta li tammetti li r-rikorrent jipparteċipa iktar fil-proċess ta’ għażla; u
—
jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tar-rikorrent.
Full & Egal Universal Law Academy