23.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 96/18
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Frar 2015 – BQ vs Il-Qorti tal-Awdituri
(Kawża T-7/14 P) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rapport ta’ evalwazzjoni - Fastidju psikoloġiku - Rifjut parzjali tar-rikors għad-danni fl-ewwel istanza - Żnaturament tal-fatti - Obbligu ta’ motivazzjoni mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Proporzjonalità - Tqassim tal-ispejjeż”))
(2015/C 096/23)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: BQ (Bereldange, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: D. de Abreu Caldas, J.-N. Louis u M. de Abreu Caldas, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn T. Kennedy, B. Schäfer u I. Ni Riagáin Düro, sussegwentement B. Schäfer u I. Ni Riagáin Düro, aġenti)
Suġġett
Appell ippreżentat kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2013, BQ vs Il-Qorti tal-Awdituri (F-39/12, ĠabraSP, EU:F:2013:158), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
BQ għandha tbati, f’din l-istanza, l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU C 112, 14.4.2014.
Full & Egal Universal Law Academy