2.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 73/29
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2015 – Grundig Multimedia vs UASI (Pianissimo)
(Kawża T-11/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Pianissimo - Trade mark ikkostitwita minn slogan ta’ reklamar - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Ugwaljanza fit-trattament”])
(2015/C 073/38)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Grundig Multimedia AG (Stansstad, l-Isvizzera) (rappreżentant: S. Walter, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: S. Bonne u A. Folliard-Monguiral, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Novembru 2013 (Każ R 441/2013-4), li tikkonferma ċ-ċaħda tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Pianissimo bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Grundig Multimedia AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 135, 5.5.2014.
Full & Egal Universal Law Academy