18.4.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 136/29
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Marzu 2016 – Simet vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-15/14) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Kumpens retroattiv għal servizz pubbliku mogħti mill-awtoritajiet Taljani - Servizzi ta’ trasport interreġjonali bix-xarabank ipprovduti bejn l-1987 u l-2003 - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Żamma ta’ obbligu ta’ servizz pubbliku - Għoti ta’ kumpens - Regolament (KEE) Nru 1191/69”))
(2016/C 136/40)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Simet SpA (Rossano Calabro, l-Italja) (rappreżentanti: A. Clarizia, C. Varrone u P. Clarizia, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Conte, D. Grespan u P.-J. Loewenthal, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/201/UE, tat-2 ta’ Ottubru 2013, Għajnuna mill-Istat SA.33037 (2012/C) – l-Italja Kumpens ta’ Simet SpA għall-operat ta’ servizzi tat-trasport pubbliku mill-1987 sal-2003 (ĠU 2014, L 114, p. 67).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Simet SpA għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 52, 22.2.2014.
Full & Egal Universal Law Academy