24.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 421/41
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – Schönberger vs Il-Qorti tal-Awdituri
(Kawża T-26/14 P) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2011 - Rati ta’ multiplikazzjoni ta’ riferiment - Kontradittorju”))
2014/C 421/58
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellant: Peter Schönberger (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: O. Mader, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Schäfer u I. Ní Riagáin Düro, aġenti)
Suġġett
Appell ippreżentat mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Novembru 2013, Schönberger vs Il-Qorti tal-Awdituri (F-14/12, ĠabraFP, EU:F:2013:167), intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Novembru 2013, Schönberger vs Il-Qorti tal-Awdituri (F-14/12), hija annullata.
2)
Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.
3)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 93, 29.03.2014.
Full & Egal Universal Law Academy