26.10.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 354/30
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2015 – Laverana vs UASI (BIO INGRÉDIENTS VÉGÉTAUX PROPRE FABRICATION)
(Kawża T-30/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva BIO INGRÉDIENTS VÉGÉTAUX PROPRE FABRICATION - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2015/C 354/32)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Laverana GmbH & Co.KG (Wennigsen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Wachinger u M. Zöbisch, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Schifko, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Novembru 2013 (Każ R 1749/2013-4), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv BIO INGRÉDIENTS VÉGÉTAUX PROPRE FABRICATION bħaal trade mark Komunitarja
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Laverana GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 85, 22.3.2014.
Full & Egal Universal Law Academy