16.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 89/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2015 – Argo Development and Manufacturing vs UASI – Clapbanner (Rappreżentazzjoni ta’ artikli pubbliċitarji)
(Kawża T-41/14) (1)
([“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrapreżenta artiklu pubbliċitarju - Disinni Komunitarji preċedenti - Raġunijiet għal invalidità - Novità - Karattru individwali - Utent avżat - Grad ta’ libertà tal-awtur - Impressjoni globali differenti - Artikoli 4, 5, 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”])
(2015/C 089/26)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Argo Development and Manufacturing Ltd (Ra’anana, l-Iżrael) (rappreżentant: B. Brisset, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment A. Pohlmann, sussegwentement S. Hanne, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Clapbanner Ltd (Londra, ir-Renju Unit)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 981/2012-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Argo Development and Manufacturing Ltd u Clapbanner Ltd.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Argo Development and Manufacturing Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 129, 28.4.2014.
Full & Egal Universal Law Academy