6.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 200/19
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ April 2016 – Costantini et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-44/14) (1)
([“Dritt istituzzjonali - Inizjattiva Ewropea għaċ-ċittadini - Politika soċjali - Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali - Artikolu 352 TFUE - Rifjut ta’ reġistrazzjoni - Nuqqas manifest ta’ setgħat tal-Kummissjoni - Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Obbligu ta’ motivazzjoni”])
(2016/C 200/27)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Bruno Costantini (Jesi, l-Italja), Robert Racke (Lamadelaine, il-Lussemburgu), Pietro Pravata (Beyne-Heusay, il-Belġju), Zbigniew Gałązka (Łódź, il-Polonja), Justo Santos Domínguez, residenti f’(Leganés, Spanja), Maria Isabel Lemos (Mealhada, il-Portugall), André Clavelou (Vincennes, Franza), Citizens’ Committee “Right to Lifelong Care: Leading a life of dignity and independence is a fundamental right!”(Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: O. Brouwer, J. Wolfhagen, avukati, u A. Woods, solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: H. Krämer, aġent)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 7612 finali, tal-5 ta’ Novembru 2013, li tiċħad it-talba għar-reġistrazzjoni tal-proposta għal inizjattiva Ewropea għaċ-ċittadini msejħa “Right to Lifelong Care: Leading a life of dignity and independence is a fundamental right!”.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Bruno Costantini u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jinsab fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 93, 29.3.2014.
Full & Egal Universal Law Academy