3.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 363/36
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2015 – HTTS u Bateni vs Il-Kunsill
(Kawża T-45/14) (1)
((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restittivi adottati kontra l-Iran - Iffriżar ta’ fondi - Kriterju marbut mal-provvista ta’ servizzi essenzjali għall-IRISL jew għal entitajiet li huma proprjetà tagħha, li huma kkontrollati minnha jew li jaġixxu f’isimha - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Dritt tal-proprjetà - Libertà ta’ impriża - Dritt għar-rispett lejn il-ħajja tal-familja - Proporzjonalità”))
(2015/C 363/44)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: HTTS Hanseatic Trade Trust & Shipping GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) u Naser Bateni (Hamburg) (rappreżentanti: inizjalment M. Schlingmann u F. Lautenschlager, sussegwentement Schlingmann, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u J. P. Hix, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/661/PESK, tal-15 ta’ Novembru 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 306, p. 18) u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1154/2013, tal-15 ta’ Novembru 2013, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 306, p. 3), sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/661/PESK, tal-15 ta’ Novembru 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, hija annulata da fejn din tiskrivi l-isem ta’ HTTS Hanseatic Trade Trust & Shipping GmbH u dak ta’ Naser Bateni fil-lista li tinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK.
2)
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1154/2013, tal-15 ta’ Novembru 2013, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, huwa annullat safejn dan iskriva l-isem ta’ HTTS Hanseatic Trade Trust & Shipping u dak ta’ Naser Bateni fil-lista li tinsab fl-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010.
3)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż propji tiegħu, dawk sostnuti minn HTTS Hanseatic Trade Trust & Shipping u Naser Bateni.
(1) ĠU C ##, ##.
Full & Egal Universal Law Academy