25.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 27/42
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015 – Demp vs UASI (TURBO DRILL)
(Kawża T-50/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TURBO DRILL - Raġuni għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2016/C 027/50)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Demp BV (Vianen, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: C. Gehweiler, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Schifko, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta’ Novembru 2013 (Każ R 1254/2013-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali TURBO DRILL bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Demp BV hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 78, 15.3.2014
Full & Egal Universal Law Academy