29.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 111/19
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Frar 2016 – Ludwig-Bölkow-Systemtechnik vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-53/14) (1)
((“Klawżola ta’ arbitraġġ - Sitt programm kwadru għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni - Rimbors ta’ parti mill-ammonti mħallsa u ta’ kumpensi fil-forma ta’ somom f’daqqa - Ma hemmx look li tingħata deċiżjoni parzjali - Spejjeż eliġibbli għal finanzjament mill-Unjoni - Klawżola penali - Natrua manifestament eċċessiva”))
(2016/C 111/22)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Ludwig-Bölkow-Systemtechnik GmbH (Ottobrunn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment M. Núñez Müller u T. Becker, sussegwentement M. Núñez Müller, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u F. Moro, aġenti)
Suġġett
Konstatazzjoni, minn naħa, li l-Kummissjoni ma għandhiex dritt titlob lir-rikorrenti tirrimborsa l-ħlasijiet minn qabel imwettqa abbażi ta’ tliet kuntratti u, min-naħa l-oħra, li r-rikorrenti ma hijiex obbligata li tħallas kumpensi fil-forma ta’ somom f’daqqa lill-Kummissjoni.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-tieni u t-tielet kap tat-talbiet tar-rikors.
2)
L-ammonti dovuti bħala kumpensi fil-forma ta’ somom f’daqqa minn Ludwig-Bölkow-Systemtechnik GmbH huma mnaqqsa għal ammont ekwivalenti għal 10 % tal-ħlasijiet minn qabel li għandhom jiġi rrimborsati skont il-kuntratti marbuta mal-proġetti HyWays, HyApproval u HarmonHy.
3)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
4)
Ludwig-Bölkow-Systemtechnik u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 129, 28.4.2014.
Full & Egal Universal Law Academy